Il-Gvern ħa nota tal-verdett li ngħata llum mid-disa’ ġurati fil-proċess kriminali dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Gvern dejjem offra l-appoġġ u r-riżorsi kollha meħtieġa sabiex l-istituzzjonijiet kollha jwettqu l-funzjonijiet sħaħ tagħhom.
Dwar dan l-istess każ, numru ta’ persuni diġà ġew investigati, imressqa u sentenzjati għal snin twal ta’ priġunerija.
Il-Gvern kommess li jara li l-ġustizzja titwettaq mill-istituzzjonijiet.
F’dan il-mument sensittiv, il-Gvern jappella għall-prudenza fil-kummenti pubbliċi li jistgħu jagħmlu iktar ħsara milli ġid.
L-istituzzjonijiet kollha se jibqgħu jsibu l-appoġġ sħiħ tal-Gvern fil-ħidma tagħhom.
Wara r-riformi kbar li twettqu f’dawn l-aħħar snin, il-Gvern jibqa’ wkoll kommess li jkompli bl-implimentazzjoni ta’ riformi sabiex tissaħħaħ dejjem aktar is-saltna tad-dritt.